Wine tasting Wine tasting

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal WINE TASTING għandu żewġ partijiet. L-ewwel isir is-sinjal għal INBID biż-żewġt idejn. Id waħda tieħu l-forma ta’ ponn u tieqaf ’l isfel fuq quddiem bil-pala tħares ’l isfel. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ U milwi, titqiegħed fil-ġenb tal-ponn tal-id il-wieqfa u l-id forma ta’ U tinġibed lura ’l fuq f’salt qisu qed jinġibed it-tapp tas-sufra. Imbagħad isir is-sinjal għal TOGĦMA. Il-werrej ta’ id waħda bil-pala tħares ’il ġewwa, jteptep fuq ix-xoffa t’isfel darbtejn.

The sign for WINE TASTING has two parts. First the sign for WINE is made with both hands. One hand takes the shape of a fist and is held low down at the front with palm facing downwards. The other hand takes the shape of bent U, is placed at the side of the palm of the stationary hand and the U hand is pulled back and up abruptly as though pulling the cork out of a bottle. Then the sign for TASTE is made. The index finger of one hand, with palm facing inwards, taps the lower lip twice.